Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu żaru l-kumpanija tal-manifattura ST Microelectronics fl-okkażjoni tal-40 anniversarju ta’ din il-kumpanija f’Malta.
Il-President Vella fisser kif is-saħħa tas-settur Malti tal-manifattura hija fattur kruċjali li għen l-ekonomija ta’ pajjiżna biex issir aktar reżiljenti u diversifikata.
Huwa nnota l-kontribut li l-investituri tal-kumpanija jagħtu lill-ħarsien tal-ambjent tal-pajjiż, u ħeġġeġ lill-istess kumpanija biex tkompli tibni fuq strateġija li tirrispetta t-territorju Malti billi żżomm l-impatt tal-operat tagħha fuq l-ambjent kemm jista’ jkun baxx.
Minbarra l-aspetti ambjentali, il-President Vella nnota kif l-istess kumpanija tagħti kontributi siewja ħafna fis-setturi tat-taħriġ u l-edukazzjoni.
Qal, “I was pleased to read and informed extensively that in your recent environmental statements about your commitment to the protection of our environment, out of your conscious responsibility as Malta’s biggest employee. I encourage you to further built on a strategy that fully respects Malta territory.”
Il-President Vella wera wkoll apprezzament lil ħames ħaddiema partikolari li ġew ippremjati għal-lealtà li wrew tul is-snin twal li ħadmu fl-istess kumpanija, u fisser kif, bil-valuri tagħhom, għandhom ikunu ta’ eżempju għal ħaddiema oħra, partikolarment żgħażagħ.