L-Erbgħa filgħaxija, il-President Irlandiż Michael D. Higgins, flimkien ma’ martu Sabina waslu f’pajjiżna għal żjara statali ta’ tlett ijiem.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’isem il-Gvern Malti, il-President Irlandiż ġie milħuq mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard.
Waqt iż-żjara statali tiegħu, il-President Higgins se jiltaqa’ mal-President Malti George Vella ġewwa l-Palazz tal-President f’San Anton, il-Ħamis filgħodu.
Dan filwaqt li l-Ħamis wara nofsinhar, il-President Irlandiż se jiltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru Malti, Robert Abela.