Il-President Iranjan Hassan Rouhani qal l-avveniment traġiku ta’ tiġrif ta’ ajruplan f’Tehran għandu jiġi nvestigat sew. Huwa sostna li hija sitwazzjoni mpossibbli li persuna waħda biss kienet responsabbli minn dan.
Numru ta’ suspettati li kienu qed jiġu akkużati li kienu involuti f’dan il-każ ġew arrestati.
It-tiġrif tal-ajruplan Ukren ħasad il-ħajja ta’ 176 persuna li kienu jinsabu abboard fejn taw bidu għal diversi protesti fl-Iran.
Madwar 30 persuna li kienu parti minn dawn id-demostrazzjonijiet ġew arrestati wkoll u iktar tard ġew meħlusa. Kelliem għall-ġustizzja Iranjana tenniet li r-raġuni li ġew arrestati kien ħabba s-sehem tagħhom f’dimostrazzjonijiet illegali.