Il-President ta’ Malta George Vella se jkun qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet fl-attività bl-isem ta’ ‘Il-President Jirrispondi’.
Din l-attività se ssir fl-4 ta’ Ġunju, fis-7 ta’ filgħaxija u se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq il-paġna ta’ uffiċjali ta’ Facebook tal-President.
Din is-sessjoni se tkun immexija mil-moderatur, il-Professur Carmen Sammut, li hija l-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta u tgħallem il-ġurnaliżmu. Il-pubbliku wkoll se jkun jista’ jagħmel numru ta’ domandi dwar il-ħidma u l-opinjoni tal-President.
Dawk li huma interessati jgħaddu l-mistoqsijiet tagħhom lill-President jistgħu jagħmlu dan b’email fuq president@gov.mt jew dirett waqt ix-xandira diretta fuq Facebook.