Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu l-Greċja sabiex jattendu l-15-il laqgħa ta’ Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos f’Ateni, il-Ġreċja.
Matul dawn il-laqgħat, il-President Vella ser ikun qed jingħaqad ma’ Presidenti oħra Ewropej, fosthom dawk tal-Greċja, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Kroazja, il-Polonja, il-Portugall, u tas-Slovenja.
Il-Grupp Arraiolos huwa maħsub bħala laqgħa ta’ Kapijiet ta’ Stat li jiltaqgħu kull sena biex jaqsmu ħsibijiethom fuq temi ta’ rilevanza Ewropea u internazzjonali bħal ma huma l-immigrazzjoni, il-futur tal-Ewropa, u l-qagħda finanzjarja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Sakemm il-President ikun il-Greċja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.