Il-President ta’ Malta George Vella u martu s-Sinjura Vella żaru esebizzjoni tal-arti fl-Isptar Mater Dei, magħmula minn 16-il ħaddiem li jaħdmu fis-settur tas-saħħa. Din l-esebizzjoni qed issir b’risq l-Istrina ta’ din is-sena.
Dawn il-ħaddiema ppreparaw aktar min 70 pittura li jistgħu jitgawdew jew jinxtraw mill-pubbliku sal-aħħar tal-Lulju.
Min-naħa tiegħu l-President Vella rringrazzja lil dawn il-ħaddiema mhux biss għal din l-inizjattiva, imma wkoll għall-ħidma li wettqu b’dedikazzjoni b’risq il-poplu Malti u Għawdxi waqt il-pandemija tal-Covid-19.