Intant il-President George Vella laqa’ lill-Prim Ministru Libjan fil-Palazz ta’ Sant’Anton u ddiskutew is-sitwazzjoni preżenti u futura tal-Libja.
Il-President Vella saħaq fuq il-ħtieġa li ż-żewġ pajjiżi jaraw li jkun hawn il-paċi u l-istabbilità fir-reġjun.
Qal li ż-żjara ta’ Serraj f’Malta hija opportunità għaż-żewġ pajjiżi biex isaħħu r-relazzjonijiet u jġeddu l-koperazzjoni fl-ambitu tal-immigrazzjoni u s-sigurtà fil-Mediterran.