Waqt laqgħa li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, it-Tlieta waranofsinhar, il-President ta’ Malta George Vella u l- Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija, Hakan Fidan iddiskutew flimkien bosta kwistjonijiet ta’ importanza internazzjonali fosthom il-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas, is-sitwazzjoni fil-Libja, u r-rwol tat-Turkija fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari fil-Lvant tal-Mediterran. L-istess diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq l-effetti mifruxa tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u fakkarna r-rwol tat-Turkija biex ġie solvut l-imblokk tal-qamħ fil-Baħar l-Iswed fl-2023.
Il-Ministru Fidan ta lill-President Vella ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni mit-Turkija tal-istat tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u l-iżviluppi li jikkonċernaw is-soluzzjoni possibbli tal-kwistjoni ta’ Ċipru.
Waqt din il-laqgħa, Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg akkumpanja lill-President filwaqt li ddiskuta magħhom.