Illum il-President ta’ Malta, George Vella, ikkommemora l-mitt sena mill-għoti tal-Kostituzzjoni tal-1921.
Dan permezz ta’ siġra li għażel li jħawwel fil-ġonna tal-Palazz Verdala.
Din il-Kostituzzjoni fi żmien il-ħakma Ingliża waqqfet il-Parlament Malti u pajjiżna kellu Gvern responsabbli.
Din il-Kostituzzjoni tal-1921 waslet 40 sena wara l-ħolqien tal-partiti politiċi u sentejn wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno.