Il-President ta’ Malta George Vella esprima tama li naslu f’punt fejn kulħadd jifhem l-importanza tal-ambjent naturali li hawn madwarna.
Il-President qal dan waqt li kien qed jitkellem waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Bounamico elfejn wieħed u għoxrin fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Dan il-premju annwali organizzat mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent, l-ERA jagħti ġieħ lil dawk li mill-azzjonijiet u mill-kisbiet tagħhom qed jagħmlu ġid lejn l-ambjent Malti.
Il-President George Vella esprima x-xewqa li l-poplu Malti dejjem jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna biex igawdu l-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-President Malti feraħ lir-rebbieħa ta’ din is-sena, Constantino Mifsud u Louis Vella, li t-tnejn taw kontribut kbir fil-qasam ambjentali f’pajjiżna.
Qal kif huma kellhom irwol importanti li qajmu kuxjenza dwar il-ħsara tal-impatt negattiv li t-tniġġis tal-ambjent jikkawża kemm fuq il-kwalità tal-ħajja, kif ukoll tal-wirt naturali ta’ pajjiżna.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/10/02103732/Buonamico-2.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/10/02103744/E17A9609-Photo-BY-OPR.jpg)