Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-Sinjura Miriam Vella, bħalissa jinsabu fil-belt ta’ Ruma biex jattendu s-16-il laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos.
B’hekk il-President Vella se jkun qed jingħaqad mal-presidenti tal-15-il stat membru tal-Unjoni Ewropea li l-kap ta’ stat tagħhom huwa president mhux eżekuttiv.
Dan il-grupp, magħruf bħala l-Grupp Arraiolos, huwa maħsub biex ta’ kull sena jlaqqa’ flimkien kapijiet ta’ stat bl-għan li jaqsmu ħsibijiethom fuq temi ta’ rilevanza Ewropea u internazzjonali.
Għaldaqstant, sakemm il-President Vella jinsab barra minn xtutna, Dolores Cristina ser tkun qed isservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.