Il-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta dalgħodu biex jattendi għall-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II.
Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 19 ta’ Settembru, f’Westminster Abbey.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sakemm il-President Vella jkun Londra, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.
Il-President Vella mistenni jasal lura Malta nhar it-Tlieta, 20 ta’ Settembru.