L-Eċċellenza tiegħu l-President George Vella llum ltaqa’ mal-ogħla awtoritajiet tas-saħħa. Dan biex juri l-apprezzament għax-xogħol eċċellenti li għamlu matul dawn l-aħħar ġimgħat.
Il-President ried jinkoraġġihom u juri l-apprezzament tal-poplu Malti għal dak kollu li għamlu matul l-imxija tal-Coronavirus.
Huwa ħeġġiġhom sabiex ikomplu jagħmlu dak kollu li jistgħu u jieħdu ħsieb saħħet il-poplu Malti u Għawdxi.