Il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib tiegħu dwar il-populiżmu waqt li rrimarka dwar l-importanza ta’ approċċ ta’ multilateraliżmu fl-affarijiet barranin.
Dan saħqu f’indirizz li għamel f’attività organizzata mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġermanja b’tifkira tas-sebgħa u ħamsin sena anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.
Hawnhekk huwa spjega kif il-pandemija tal-Covid-19 kompliet issaħħaħ din il-konvinzjoni.
Il-President enfasizza wkoll l-importanza tal-għaqda f’dawn l-isfidi u żied jappella sabiex flimkien insibu soluzzjonijiet li jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni għal kull pajjiż.