Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta llejla għal Żjara Statali fil-Qatar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Matul iż-żjara tiegħu, il-President se jkollu laqgħa mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani.
Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta tinkludi, fost oħrajn, lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.
Sakemm il-President Vella jkun il-Qatar, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.