Il-President Malti George Vella, flimkien ma’ martu Miriam, ħallew pajjiżna dalgħodu għal żjara statali fil-Ghana.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President, fejn intqal li l-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Ghana Nana Addo Dankwa Akufo-Addo f’Akkra u udjenza mar-Re tar-Renju Ashanti tal-Ghana, Otumfuo Osei Tutu II fil-Palazz ta’ Manhyia f’Kumasi.
Fost impenji oħra f’dan il-pajjiż, il-President u martu se jżuru l-Isptar HopeXchange f’Kumasi.
Id-delegazzjoni tal-President fil-Ghana tinkludi lis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti.
L-impenji tal-President George Vella u marru fil-Ghana jiġu fi tmiemhom nhar is-Sibt li ġej. Minn hemmhekk se jmorru r-Renju Unit biex jattendu avveniment li jfakkar Jum il-Commonwealth fuq stedina tas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Barunessa Patricia Scotland.
Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu.
L-istqarrija temmet tgħid li sakemm il-President George Vella jkun impenjat barra l-pajjiż, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President.