Waqt it-tnedija tal-ktieb ‘Kollox Politika? Governanza, Reliġjon, Ekonomija, Amministrazzjoni Pubblika’ ta’ Dr Mario Thomas Vassallo, il-President tar-Repubblika Dr George Vella rrefera għall-problemi etiċi, morali u ta’ kuxjenza li jaffaċċja l-politiku.
Vella tenna kif l-politika hija arti ta’ tmexxija li kapaċi tħalli riżultati tajbin iżda tista’ tkun magħmula bit-traskuraġni allura saħaq fuq l-integrità, il-valuri, il-kontabbilità u t-trasparenza fil-politika.
Fit-tnedija ta’ dan il-ktieb intwera wkoll l-apprezzament mill-President għall-ħsibijiet ta’ 25 akkademiku u kontributur li esprimew ħsibijiethom f’oqsma differenti bħalma hija x-xjenza politika.
Il-ktieb jiffoka ukoll fuq l-istorja politika, mudelli ekonomiċi, perspettivi soċjolġiċi, tagħlim soċjali tal-Knisja u t-tiġdid fl-amministrazzjoni pubblika.