It-Tnejn u t-Tlieta li ġej, il-President Franċiż Emmanuel Macron se jkun qed iżur ir-Russja u l-Ukrajna rispettivament.
Hawnhekk Macron mistenni jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin u l-President Volodymyr Zelenskiy.
Il-President Franċiż tkellem maż-żewġ mexxejja permezz ta’ telefonata matul il-ġurnata tal-Ħamis.
Emmanuel Macron se jkun qed jagħmel dan minħabba t-tensjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz mhux se jingħaqad ma’ Macron minħabba żjara li għandu l-Istati Uniti.
Scholz qal ukoll li fiż-żmien li ġej se jkun qed iżur il-kapitali Russa, Moska.