Il-President Franċiż Emmanuel Macron sejjaħ il-qtil ta’ Samuel Paty, għalliem ta’ 47 sena li seħħ ilbieraħ f’Pariġi, bħala attakk terroristiku Iżlamiku.
Rapporti fil-midja Franċiża qed jgħidu li Paty kien irċieva theddid wara li xi karikaturi tal-Profeta Muhammad lill-studenti tiegħu.
L-aggressur, Ċeċen ta’ 18-il sena u li ħanxar ras l-għalliem, inqatel mill-pulizija wara li rreżista l-arrest. Disa’ persuni inkluż ġenituri ta’ wieħed mill-istudenti ta’ Paty ġew arrestati b’rabta mal-każ.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/16/ghalliem-jispicca-brasu-maqtugha-fattakk-fparigi/