Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li jemmen li hemm possibilità li jintlaħaq ftehim li jevita gwerra fuq skala sħiħa fl-Ukrajna, fl-istess waqt li jkun ftehim leġittimu għar-Russja biex iżżid it-tħassib tagħha għas-sigurtà tal-pajjiż.
Qabel taħdidiet mal-President Russu, Vladimir Putin f’Moska aktar tard illum, Macron sejjaħ għal “bilanċ ġdid” biex l-istati Ewropej ikunu protetti u jkun hemm serħan il-moħħ mar-Russja.
Tenna li s-sovranità tal-Ukrajna mhix lok għal diskussjoni.
Moska għamlet diversi talbiet, fosthom li n-NATO ma tħallix lill-Ukrajna ssir membru u li tnaqqas il-preżenza militari fil-Lvant tal-Ewropa.