Il-President Franċiż Emmanuel Macron appella sabiex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-poplu Franċiż inaqqas 10% fil-konsum tal-enerġija.
Dan biex jiġi evitat ir-riskju li jkun hemm qtugħ ta’ dawl fix-xitwa li ġejja, kawża tal-kriżi tal-enerġija li qed tiġri minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-President Macron ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn appella biex il-ħwienet u d-djar fi Franza ma jużawx l-arja kkundizzjonata.
Franza mhumiex l-unika pajjiż Ewropew li qiegħed jappella għal miżuri bħal dawn minħabba li l-prezz tal-enerġija sploda ‘l fuq.
Dan imħabbar mill-President Macron ġara wara li r-Russja waqfet kompletament il-provvista tal-gass li ġej mill-akbar pipeline lejn l-Ewropa, dak tan-Nord Stream 1.