Il-President Franċiż Emmanuel Macron wissa li Franza jaf tneħħi t-truppi tagħha fil-Mali jekk tkompli teskala l-instabbiltà politika għal-livelli radikali Iżlamiċi.
Din issegwi it-tieni kolp ta’ stat f’disa’ xhur fin-nazzjon Afrikan.
Macron wissa dwar ir-riskji li hemm jekk il-Mali timxi aktar lejn influwenza Iżlamika.
Franza għandha 5,100 suldat fir-reġjun ta’ Sahel li kien minn ta’ quddiem fil-gwerra kontra l-militanti Iżlamiċi.