Il-President Franċiż Emmanuel Macron tilef il-maġġoranza fl-Assemblea Nazzjonali, ekwivalenti għall-Parlament, wara elezzjoni li saret fi tmiem il-ġimgħa.
Dan ir-riżultat ġie biss xahrejn wara li Macron ġie kkomfermat bħala President ta’ Franza. Bosta analisti politiċi qegħdin jgħidu kif il-fatt li Macron tilef il-maġġoranza assoluta hu mistenni li jaffaċċja leġiżlatura b’ħafna tensjoni.
Il-Partit ta’ Macron kiseb 245 siġġu fl-Assemblea, 44 siġġu inqas minn 289 sabiex tintlaħaq il-maġġoranza. NUPES mmexxi minn Jean-Luc Mélenchon kiseb 131 siġġu.
Barra minn hekk, kien hemm żieda notevoli fl-appoġġ għall-Partit tal-lemin estrem, mmexxi Le Pen li kiseb 89 siġġu.
Ir-riżultat qiegħed ikun meqjus bħala rebħa għall-ideoloġiji estremi fil-politika Franċiża.
Il-Prim Ministru Franċiż ġdida Elisabeth Borne saħqet kif Franza issa għandha bżonn maġġoranza fl-Assemblea ta’ azzjoni.