Fl-20 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mas-Sur Edgar Preca se tkun qed tilqa’ u tagħti l-awguri għas-sena l-ġdida lill-mexxejja u l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u korpi kostitwiti. Se jkunu qed isiru wkoll skambji ta’ awguri ma’ għaqdiet u membri tal-pubbliku.
Dawk l-għaqdiet jew membri tal-pubbliku li jixtiequ jattendu huma mitluba li jirreġistraw l-interess tagħhom billi jċemplu fuq 2205 3352, fil-ħinijiet tal-uffiċċju.