Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rċievet rappreżentanti tal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi.
Il-President qalet li kienet kuntenta li dan il-kunsill ġie stabbilit.
“Ninsab ħerqana li nara proġetti konkreti, għaliex aħna verament neħtieġu inizjattivi biex nibnu l-paċi u nipprevjenu l-kunflitti. Għandna bżonn naħdmu biex nindirizzaw l-inugwaljanzi fid-dinja sabiex inkunu nistgħu ngħixu flimkien b’mod paċifiku bħala razza umana. B’dan il-mod, nistgħu nagħmlu affarijiet kbar flimkien “, qalet il-President.