Waqt iż-żjara li l-President Marie Louise Coleiro Preca qed tagħmel fil-Ġordan, żaret il-King Hussein Cancer Centre f’Amman.
Hawn ġiet milqugħa mill-Priċipessa Ghida Tala, waħda mid-direttriċi tal-King Hussein Cancer Foundation, u minn Dr Asem Mansour, direttur ġenerali taċ-ċentru.