Rapporti fil-midja Amerikana qed jgħid li l-President elett Amerikan Joe Biden se jinnomina lil Deb Haaland bħala s-Segretarju għall-Intern, u li se jkollha taħt idejha l-aġenzija li tirregola l-artijiet pubbliċi. Haaland, li hija meqjusa bħala Amerikana, b’għeruq fondi ġejja mit-Tribù Laguna Pueblo.
Hija mistennija tkun l-ewwel persuna tax-xorta tagħha, li se sservi fil-kabinett Amerikan. Hija wkoll kienet kitbet l-istorja, meta fl-2018 hija kienet waħda mill-ewwel żewġ nisa b’għeruq Amerikani li ġew eletti għall-Kungress. Dan f’kuntest li l-Amerka għandha bosta komunitajiet u nies b’dixxidenzi ta’ pajjiżi oħra.
Fil-kummenti li tat Haaland qalet li jkun ta’ unur għaliha li tmexxi ‘l quddiem l-aġenda dwar il-klima ta’ Joe Biden u Kamala Harris, filwaqt li tgħin biex isaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-gvern u t-tribuijiet, li fi kliemha, l-amministrazzjoni ta’ Trump kisser.