Il-President elett Joe Biden żvela pjan ta’ stimolu ekonomiku ta’ kważi żewġ triljun dollaru għall-ekonomija Amerikana.
Dan ftit jiem biss ‘l bogħod qabel ma jieħu l-kariga ta’ President tal-Istati Uniti.
Jekk dan il-pjan jgħaddi mill-Kungress, ser ikun qed jara triljun dollaru għall-familji, b’pagamenti diretti ta’ 1,400 dollaru lill-Amerikani kollha.
Din il-proposta ta’ għajnuna tinkludi wkoll 415-il biljun dollaru ddedikati għall-pjan ta’ ħidma kontra dan il-virus u 440 biljun dollaru għan-negozji ż-żgħar.