Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca se tmexxi delegazzjoni kummerċjali ta’ madwar 50 kumpanija lejn it-Turkija.
F’laqgħa mad-delegazzjoni jumejn biss qabel it-tluq, Coleiro Preca sostniet li grazzi għall-Business Forum li se jittella’, kumpaniji Maltin ser ikollhom pjattaforma unika sabiex jikkollaboraw ma’ kumpaniji barranin.
Lino Mintoff mill-Kamra tal-Kummerċ qal li l-kumpaniji li se jieħdu sehem ġejjin minn diversi setturi fosthom tal-kostruzzjoni, marittimu, turistiku u ambjentali. .
L-iżjara statali se ssir bejn l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej.