Il-President tar-Repubblika Ċeka li bħalissa huwa pożittiv għall-Covid-19 ħatar lill-Mexxej tal-Oppożizzjoni Petr Fiala bħala l-Prim Ministru ġdid tal-pajjiż.
Filfatt il-President Ċek għamel iċ-ċerimonja wara kaxxa tal-perspex fir-residenza tiegħu.
Il-President li kien fuq siġġu tar-roti qed jieħdu ħsiebu ħaddiema tal-isptar li dehru lebsin ilbies protettiv.
Hu ħareġ pożittiv wara li għamel xi żmien fit-Taqsim tal-Kura Intensiva għal problemi ta’ saħħa ulterjuri.
Huwa sigriet magħruf li l-President li għandu sebgħa u sebgħin sena jħobb ipejjep u saħansitra kellu l-vizzju tax-xorb u jgħix ħajtu bid-dijabete.