Il-President ta-Bulgarija Rosen Asenov Plevneliev se jżur pajjiżna għada u nhar il-Ġimgħa. Huwa se jkollu laqgħat kemm mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-impenni tal-President Plevneliev jinkludu wkoll żjarat kulturali fil-Birgu u anke dawra mal-Port il-Kbir.
Il-President Plevneliev mistenni jiltaqa’ wkoll mal-kommunità Bulgara f’Malta.