Il-President tal-Brażil ġie rredikolat għall-mod kif mexxa tul il-pandemija fil-Karnival ta’ fama mondjali li rritorna għall-ewwel darba mindu faqqgħet il-pandemija.
Waqt il-parata f’São Paulo, wieħed miż-żeffiena li kien liebes arma ta’ President, inbidel f’kukkudrill wara li taparsi tlaqqam kontra l-Covid-19 fuq il-palk.
Din il-mossa saret bħala botta, wara li fil-bidu tal-pandemija, il-President Jair Bolsonaro kien issuġġerixxa li wieħed mill-effetti tal-vaċċin kontra l-Coronavirus jista’ jibdel persuni f’kukkudrilli.
It-tim wara x-xow qal li din kienet “ċajta żgħira” għall-President.
Intant, l-atmosfera fil-Karnival Brażiljan, li huwa famuż mad-dinja kollha, kienet waħda maġika, bil-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ żeffiena u persuni li mlew it-toroq ta’ São Paulo u Rio De Janeiro b’ħafna ferħ u kuluri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI