Fil-Palazz tal-Granmastru l-Ġimgħa filgħodu, seħħ l-iskambju tal-awguri għas-sena l-ġdida tal-President ta’ Malta George Vella flimkien mal-Korp tal-Konsli Ononarji akkreditat għal Malta.
F’din l-okkażjoni, il-President ta’ Malta George Vella sostna l-importanza ta’ dan l-istess Korp partikolarment għar-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta, ir-rabtiet kummerċjali għall-investiment u għaċ-ċittadini li jsibu diffikultà, fost affarijiet oħra.
Il-President ta’ Malta rrimarka wkoll l-għajnuna siewja mmens ta’ dan l-istess Korp partikolarment fi żmien ta’ sfida bħal dak tal-pandemija.
Il-President Vella rrimarka wkoll is-sitwazzjoni li dejjem qed tiżviluppa fl-Ewropa u fid-dinja minħabba l-gwerra fl-Ukrajna u għalhekk sostna l-importanza tal-kontribut urġenti minn dan il-Korp biex tiżdied il-ħidma bilaterali u multilaterali fl-interess ta’ network aktar ikkonsolidat tan-negozju, tal-kummerċ u tal-enerġija.