Il-President ta’ Malta se jkun qed iżur il-Polonja għal ċeremonja uffiċjali b’kommemorazzjoni għat-tmenin anniversarju mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq stedina tal-vern Pollakk.
Iċ-ċeremonja se ssir fil-Pjazza Piłsudski, fejn il-President tal-Polonja Andrzej Duda u l-President tal-Ġermanja Frank-Walter Steinmeier mistennija jagħmlu diskors għall-okkażjoni.
Sakemm il-President ikun Varsavja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.