Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippreżentat għotja ta’ €10,000 lill-Fondazzjoni ALS Malta, illum wara nofsinhar fil-Palazz tal-President f’San Anton.
Bjorn Formosa, li seraq il-qlub ta’ bosta, irringrazja lill-President u spjega kif dawn il-fondi se jkunu qed imorru biex tinbena din id-dar li se tagħti iktar dinjità u kura ta’ kwalità lill-persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS.