Il-President ta’ Malta George Vella appella lill-pazjenti kollha sabiex jagħmlu kuraġġ.
Huwa qal dan fil-jum internazzjonali kontra l-kanċer, waqt konferenza virtwali tan-National Cancer Platform.
Waqt din il-konferenza, il-President George Vella qal kif is-sena li għaddiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19, in-nies vulnerabbli ntlaqtu ħażin, hekk kif spiċċaw iżolati. Dan għaliex il-pazjenti tal-kanċer ma setax jibqa’ jkollhom żjarat mill-qraba u ħbieb tagħhom, bħal ma kien isir qabel.
Il-President fakkar kif il-pazjenti li jintbagħtu barra għall-kura normalment ikollhom kollox imħallas mill-Gvern Malti, bil-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund tgħin billi tħallas passaġġi biex qarib jew ħabib jakkumpanja l-pazjent u anke tħallas kontijiet ta’ ikel u vjaġġar lejn u mill-isptar waqt li jkunu barra minn Malta.
Il-President żied jgħid li filwaqt li l-ispiża totali naqset, għaliex intbagħtu barra anqas pazjenti, dawk li ntbagħtu ras għal ras ġew iqumu ħafna aktar minħabba li damu aktar barra minħabba ż-żmien li kellhom jgħaddu fil-kwarantina.