Aktar dan ix-xahar, il-President Amerikan Joe Biden mistenni jiltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping waqt is-Summit dwar l-Ekonomija li se jsir San Francisco, fl-Istati Uniti.
Dan tħabbar waqt aġġorment għall-midja, it-Tlieta, minn kelliem għall-White House.
Din il-laqgħa qed titqies bħala waħda importanti fil-kuntest diplomatiku minħabba dak kollu li għaddej madwar id-dinja bil-gwerrer fil-Lvant tal-Ewropa u anki fil-Lvant Nofsani.
Dan is-summit mistenni jsir wara laqgħat diplomatiċi li saru bejn diplomatiċi Amerikani u Ċiniżi f’pajjiżna, f’Settembru li għadda.
AQRA AKTAR: