Il-President Amerikan Donald Trump offra li jkun preżenti għat-taħdidiet dwar il-paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna, li se jsiru l-Ħamis li ġej f’Istanbul, it-Turkija.
Dan wara li jumejn ilu, il-President Russu Vladimir Putin ippropona għal taħdidiet bejn pajjiżu u l-Ukrajna, li ilhom fi gwerra minn Frar tal-2022.
Wara din il-proposta ta’ Putin, Trump qal lill-President Ukren Volodymr Zelensky li għandu jaċċetta. Bil-President Ukren qal li hu jaċċetta din il-proposta, iżda għandu jkun hemm il-President Russu Vladimir Putin.
S’issa l-Kremin għandha ma qalet xejn jekk Putin hux se jattendi hu personalment għal dawn it-taħdidiet.
Il-kelliem għall-Gvern Russu qal li r-Russja hi kommessa li jkun hemm qbil għall-waqfien mill-ġlied.