Il-President Amerikan Joe Biden talab biex il-Kungress jgħaddi riformi fil-liġijiet dwar l-armi tan-nar, fosthom biex l-ġarr ta’ ċertu armi meqjusa aktar perikoluiżi ma jibqgħux permessibbli bil-liġi. Dan qalu f’diskors il-Ħadd li fakkar tliet snin mill-isparaturi fuq l-iskola Stoneman Douglas, f’Parkland fi Florida.
Lura fl-2018, 17-il persuna, ħafna minnhom studenti, nqatlu f’dan l-attakk, li l-moħħ warajh kien eks student. Studenti li għexu l-attakk imdemmi llum qed jimbottaw għal riformi aktar serji fil-liġiijiet dwar l-armi tan-nar.