Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar pakkett għas-settur soċjali b’investiment ta’ $1.75 triljun.
Dan il-pakkett ta’ fondi se jammonta għal aktar minn ħames mitt biljun dollaru għal ġlieda fit-tibdil fil-klima u investiment ta’ erba’ mitt biljun dollaru sabiex it-tfal kollha ta’ tlieta u erba’ snin jkollhom edukazzjoni mingħajr ħlas.
Dan il-pakkett jinkludi wkoll l-infrastruttura.
Biden iddeskriva dan il-pjan bħala wieħed storiku, li se jħejji lill-Istati Uniti għall-futur.
Dan il-pakkett tħabbar, hekk kif il-President Amerikan se jkun qed iżur l-Ewropa sabiex jattendi għall-konferenza dwar it-tibdil fil-klima, dik tal-COP26, li se ssir fi Glasgow.
Qabel ma jmur lejn l-Iskozja, Joe Biden se jżur Ruma u l-Vatikan.