Il-President Amerikan Joe Biden tneħħietlu biċċa minn tissue wara li f’vista ta’ rutina għand tabib skopra li kellu kanċer fil-ġilda.
Ħabbret dan il-White House.
It-tabib tal-President Biden, Kevin O’Connor, qal li t-tissue f’sidru, li fiha kellha l-kanċer, tneħħietlu kompletament u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ aktar trattamenti.
Madanakollu, Biden se jibqa’ taħt sorveljanza dermatoloġika.
It-tabib O’Connoer żied jgħid li l-kanċer li nstab fuq Biden huwa forma komuni ta’ kanċer tal-ġilda fl-Istati Uniti u li normalment ma jinfirixx.
Ritratt: Reuters