Il-President Amerikan Donald Trump irrifjuta li jikundanna lir-Russja wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Russa Alexei Nvalny ġie vvalenat. Trump sostna li hu ma jistax jagħmel dawn l-akkużi għax rax provi li l-Gvern Russu kien il-moħħ wara dan il-każ.
Is-Sibt, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu qal li jekk tabilħaqq intuża n-Novichok biex jiġi vvalenat Navalny, l-attakk mhux neċċessarjament sar fir-Russja.