Il-President Amerikan Donald Trump esprima tama illi n-numru ta’ każijiet b’rabta mal-coronavirus se jibdew jitjiebu. Dan qalu wara li ċ-Ċentru tal-Epidemija Amerikan, il-Ħadd irraporta tnaqqis fin-numru ta’ infezzjonijiet u mwiet ġodda.
Trump iddeskriva dan in-nuqqas bħala sinjal tajjeb, iżda wissa dwar possibilità ta’ aktar imwiet hekk kif il-pandemija fl-Amerka tinsab viċin il-quċċata tagħha.
Deborah Birx, membru fit-task force tal-President irreferiet għas-s-sitwazzjoni fl-Italja u Spanja b’rabta mal-pandemija fejn l-infezzjonijiet u l-imwiet naqsu fl-aħħar jiem. Hija qalet li dawn in-numri jagħtu lill-Amerka tama li l-każijiet fl-Amerka jistabilizzaw ukoll.