Il-President Amerikan, Joe Biden qal li l-varjant Omicron jagħti lok għal tħassib imma mhux għal paniku.
Qal ukoll li għalissa, m’hemmx bżonn ta’ lockdown jekk kulħadd jitlaqqam u jilbes il-maskra.
Sa issa nstabu xi każijiet ta’ dan il-varjant fil-Kanada u l-Istati Uniti qed jipprojbixxu l-ivvjaġġar minn u lejn tmien pajjiżi Afrikani.
Din is-sena mietu aktar ċittadini Amerikani minħabba l-Coronavirus mis-sena l-oħra.
F’indirizz fil-White House, Biden qal li f’xi punt, il-varjant se jidħol fl-Istati Uniti wkoll u żied li l-kumpaniji tal-vaċċin diġà qed jaħdmu fuq pjanijiet għal tilqim ġdid jekk ikun hemm bżonn.