Fl-indirizz tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li l-gwerra tal-President Russu Vladimir Putin falliet.
Dan b’referenza ċara għall-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, li bdiet fi Frar ta’ sentejn ilu.
Huwa sostna li l-mexxejja internazzjonli għandhom jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Ukrajna biex terġa’ tikseb il-paċi u l-pajjiż lura.
Fl-aħħar diskors tiegħu bħala President Amerikan, fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, Biden sostna li l-komunità internazzjonali trid tgħin lill-Ukrajna.
Sadanittant, il-Ħamis, il-President Ukren Volodymr Zelensky mistenni jiltaqa’ mal-President Amerikan Joe Biden fil-White House.