Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-forzi tal-Istati Uniti għandhom itemmu l-missjoni ta’ ġlied tagħhom sal-aħħar tas-sena, imma jkomplu jitħarrġu u jagħtu pariri lill-militar fl-Iraq.
Din l-aħbar ġiet wara laqgħat bejn Biden u l-Prim Ministru tal-Iraq, Mustafa al-Kadhimi fil-White House.
Preżentament, hemm mal-elfejn u ħames mitt truppi Amerikani fl-Iraq li qed jgħinu fl-isforzi li qed isiru mal-Militanti Iżlamiċi.
Il-preżenza tal-Amerikani fl-Iraq saret kwistjoni kbira mindu l-Ġeneral Għoli Iranjan Qasem Soleimani u l-mexxej ta’ milizzja Iranjana nqatlu f’attakki mill-ajru mikll-Istati Uniti fil-kapitali Baghdad is-sena l-oħra.