Il-President Amerikan, Joe Biden wissa li hemm “possibilità distinta” li r-Russja tinvadi lill-Ukrajna x-xahar id-dieħel.
F’telefonata bejn il-President Amerikan u l-President Russu, ingħad li l-Istati Uniti u l-alleati tagħhom huma lesti biex jirrispondu b’mod konkret jekk ir-Russja tmexxi bil-pjanijiet tagħha u tattakka lill-Ukrajna.
Min-naħa tagħha, ir-Russja qalet li mhix wisq ottimista li tirriżolva l-kriżi mal-Ukrajna wara li l-Istati Uniti m’aċċettawx it-talbiet maġġuri tagħha.
Iż-żieda ta’ għexieren ta’ eluf ta’ truppi Russi mal-fruntieri fl-Ukrajna fl-aħħar ġimgħat, ġabu biża t’attakk minkejja li r-Russja dejjem ċaħdet allegazzjoni li se tinvadi lill-pajjiż ġar tagħha.