Illum, għall-ħabta tal-16:30, issir l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Presepju Malti fil-Vatikan.
Kull sena fil-Vatikan ikun hemm presepju magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru mil llum sat-8 ta’Jannar.
Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.
Hawn tista’ ssegwi intervista mal-artist Għawdxi Manwel Grech:
Il-proġett jinkludi wkoll kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fis-17 ta’ Dicembru fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma. Iż-żewġ avvenimenti ġibdu sew l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir Taljani, kif tista’ tara hawn.