F’Robert Sammut Hall fil-Furjana, għaddejjin ġmielhom il-preparamenti biex nhar is-Sibt, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, jittella’ kunċert klassiku organizzat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Kunċert li se jagħlaq l-istaġun tal-istess Orkestra b’differenza, fejn il-mużiċisti se joffru spettaklu partikolari.
Dan meta min se jattendi mhux biss se jara l-Orkestra tesebixxi xogħlijiet klassiċi popolari, iżda l-mużiċisti se jingħataw l-opportunita li jieħdu rwol ta’ solisti.
B’kollox se jkun hemm mas-sebgħin mużiċist, bi ħdax–il solista.
Intant dan il-Kunċert ma jfissirx li xogħol l-Orkestra se jieqaf hawn, hekk kif fix-xhur li ġejjin l-Orkestra tagħti sehemha f’kunċerti mistennija bħal dak ta’ Joseph Calleja u tal-Girgenti.
https://youtu.be/ru_P59j7sFM