Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti għall-mass meeting tal-Partit Laburista ta’ nhar il-Ħadd li se jkun qed isir fuq il-Fosos, il-Floriana.
Il-pre-party li se jibda fl-16.00, se jinkludi l-aqwa mużika kummerċjali u ideali sabiex jitqajjem il-briju u l-atmosfera ta’ ċelebrazzjoni fil-mass meeting. Se jkunu qed janimaw l-ispettakklu d-DJS: Alvin Gee, Ziggy, Joseph Armani, JJoy, Ryan Spiteri u Darren Lynch. Id-diskorsi se jibdew fis-18.00 u wara fuq il-Fosos se jkun qed isir ukoll after-party minn Dj Lio u Dj James G.
Il-preżentaturi għal darb’oħra se jkunu Clint Bajada, Alfred Zammit u Joe Tanti.